Birkirkara FC Futsal jagħtu pass ieħor ‘il quddiem u jilħqu lil Swieqi United fit-tielet post, meta għelbu lil Pietà Hotspurs bl-iskor ta’ 5-1. Ta’ min jgħid li Swieqi United ma kienux fl-azzjoni din il-ġimgħa, sabiex jirkupraw il-logħba nieqsa kontra UM Futsal Academy nhar it-Tnejn li ġej. Il-Karkariżi kellhom wirja tajba u amministraw tajjeb il-logħba l-ħin [...]
↧