Il-kontinġent Malti tal-MESA li qed jieħu sehem fil-World Company Sport Games f’La Baule fi Franza llum rebaħ xejn anqas minn seba’ midalji fl-ewwel jum tal-Atletika, jiġifieri midalja waħda tad-deheb, tnejn tal-fidda u erbgħa tal-bronż. Lawrence Ransley iddomina l-kategorija tiegħu tax-Shot Put fejn ħareġ rebbieħ bi throw ta’ 14-il metru u 10 ċentimetru biex kiseb l-ewwel [...]
↧