L-attakkant ta’ Xewkija Tigers, Rodney Buttigieg, intgħażel bħala l-ewwel BOV GFA Plejer tax-Xahar għall-istaġun tal-futbol 2017/2018. L-attakkant ta’ 26 sena skorja darbtejn fir-rebħa ta’ Xewkija ta’ 3-2 fuq SK Victoria Wanderers fil-Kampjonat BOV GFA u kien strumentali fir-rebħa tagħhom ta’ 4-1 fuq Marsascala, kif ukoll fir-rebħa bl-istess skor fuq SK Victoria Wanderers fl-FA Trophy organizzata mill-MFA. [...]
↧