Senglea Gunners wettqu waħda mill-akbar sorpriżi ta’ dan l-istaġun meta għelbu lillfavoriti Valletta St Pauls bl-iskor ta’ 4-2 sabiex ikkwalifikaw għas-semifinali talkompetizzjoni Knock-Out tal-MAFA. Kienet wirja kollettiva mit-tim mill-Kottonera illi apparti illi rnexxielhom idawru r-riżultat favurihom, ħarġu aggressivi ferm fit-tieni taqsima sabiex kisbu passaġġ għal rawnd ieħor importanti f’din il-kompetizzjoni. Fost kulħadd protagonista prinċipali f’dan [...]
↧