Gavin Muscat Ir-referi lokali tal-basketball Gordon Barbara rċieva nominazzjoni mill-FIBA għal dawn il-ġranet li ġejjin. Fil-fatt, nhar is-Sibt 19 ta’ Novembru, huwa se jmur Kraljevo fis-Serbja fejn se jkun involut fil-partita valida minn Grupp D tal-FIBA EuroBasket tan-nisa bejn is-Serbja u l-Lussemburgu. Din hija l-aħħar ġimgħa ta’ logħob mill-gruppi fejn is-Serbja huma komdi fil-quccata tal-klassifika [...]
↧