Gavin Muscat Id-Direttur tar-Refereeing Kevin Azzopardi din il-ġimgħa (bejn is-7 u t-8 ta’ Novembru) ipparteċipa fir-Referee Convention Workshop tal-UEFA li sar fi Vjenna. Il-55 Assoċjazzjonijiet Membri tal-UEFA kollha attendew għal-laqgħa u ittrattaw diversi suġġetti konnessi mar-refereeing, fosthom l-organizzazzjoni nazzjonali, ir-referees femminili, mentoring u l-ingaġġ ta’ referees ġodda. Kevin Azzopardi, fi preżentazzjoni lid-delegati, spjega s-sitwazzjoni preżenti [...]
↧