Gavin Muscat Matul ix-xahar ta’ Lulju, erba’ timijiet nazzjonali taż-żgħażagħ kellhom impenji uffiċjali fil-Kampjonati Ewropej Diviżjoni Ċ fejn inkisbu riżultati sodisfaċenti f’ċertu kategoriji u li jkomplu jimlew lil Malta Basketball Association b’determinazzjoni biex jitkompla x-xogħol u l-investiment li qed isir fl-Akkademja tal-basketball li ġiet imwaqqfa fl-aħħar snin. L-aqwa riżultat kien dak miksub mit-tim femminili ta’ [...]
↧